L-attivista tal-annimali Christa Cilia qasmet esperjenza diffiċli li għaddiet minnha fl-aħħar jiem, waqt li pruvat tagħmel minn kollox biex issalva lil Peppi.
Hi spjegat kif dawn il-jiem kienu ta’ tensjoni, fejn għamlu minn kollox biex jagħtu lil Peppi l-kura kollha li hemm bżonn, iżda sfortunatament illum ħalliena.
Hi qasmet ritratt riċenti tal-ħlejjaq innoċenti u kitbet, “Dalgħodu, l-anġlu tiegħi Peppi ħalliena… Qalbi maqsuma, bqajt nittama sal-aħħar.”
Christa kienet iddeskriviet is-sitwazzjoni bħala waħda b’tant tlugħ u nżul fejn il-mumenti ta’ tama jitħalltu ma’ oħrajn ta’ inċertezza u biża’.
B’determinazzjoni kbira Christa u l-veterinarju iddedikaw tant ħin u enerġija sabiex isalvaw lil Peppi.
Jiddispjaċina Christa. Tir ‘il fuq Peppi.