Minn meta beda s-sajf din is-sena, it-temperaturi kienu verament għoljin u kellna ġranet fejn esperjenzajna ‘heat waves’ li ma tissaportihomx.
Fuq il-paġna ‘The Weather Page Malta’ intefgħet aħbar li żgur se tinżel tajjeb ma’ dawk kollha li ma jogħġobomx it-temp sħun tas-sajf. Dawn kitbu li t-temperatura mistennija tonqos ftit ftit minn tmiem il-ġimgħa d-dieħla u tinżel għal waħda normali. It-temp xorta waħda se jkun wieħed sħun imma mhux bħal ma kien għal dawn l-aħħar ġimgħat. Jaf ukoll ma nesperjenzawx aktar ‘heatwaves’ għal dan is-sajf.
Instagram / vpgallery.95