Il-preżentatriċi tal-programm Good Vibrations Angela Coleiro hi persuna impenjata immens bl-irwol tagħha fil-midja b’mod speċjali. Lil Angela narawha kemm preżentatriċi fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televiżjoni. Fil-fatt minn Ottubru li ġej lil Angela ser nerġgħu narawha waqt programm fuq it-televiżjoni wkoll!
Għal dawn l-aħħar snin Angela kienet qed tifforma parti mill-programm Family Affair, ippreżentat minn Eileen Montesin u Christine Haber. Minn Ottubru li ġej Angela ser tkun qed tirritorna ma’ din il-familja ta’ xandara! Tgħid ħa narawha b’rokna relatata mal-Eurovision Song Contest?! Jew ser ikollha rokna kompletament differenti? Nistennew u naraw!
Awguri Angela u lit-tim kollu!