Dalwaqt Se Joħroġ L-Ewwel Episodju Tal-Podcast The V-Spot

Il-bloggers Robert Xuereb Archer u Roberta Farrugia li għandhom il-blog u Facebook page bl-isem ta’ Vegan Prism issa se joħorġu podcast interessanti ħafna. L-ewwel episodju mistenni joħrog dalwaqt.

“Is-suġġetti tagħna jvarjaw minn diskussjoni ta’ studji xjentifiċi, ikel vegan, suġġetti jaħarqu, umoriżmu geeky, u intervisti informattivi,” huma qalu.

“Il-podcast jinkludi esperjenza personali u djalogu kreattiv. Robert u Roberta jġibu fuq il-bord tat-taħlit il-vjaġġi uniċi tagħhom fi stil ta’ ħajja vegan. Ir-riċerka estensiva u l-kredenzjali ta’ Roberta mill-Iskola tax-Xjenzi Naturali u x-xogħol tagħha bħala nutrizzjonista olistika, jagħtuha librerija vasta ta’ għarfien u kompetenza fl-oqsma tas-saħħa, in-nutrizzjoni u l-fitness. Robert iżid l-esperjenza personali, riċerka, psikoloġija flimkien mal-karattru umoristiku tiegħu. Din il-kombinazzjoni unika, bla dubju, tħallik trid iktar!”

Araw l-paġna tal-Facebook The Vegan Prism għal aktar informazzjoni dwar l-episodju l-ġdid.





Facebook/The Vegan Prism



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI