“Dan Dak Li Niġbor Fil-Malja Tiegħi Regolarment Meta Mmur Ngħum” – Clare Agius

Clare Agius marret tgħum f’waħda mill-bajjiet sbieħ ta’ Malta. Hija tellgħet video fuq Instagram tagħha biex turi kemm din tista’ tkun illużjoni.

“Xena kważi idilika … sakemm tħares aktar viċin,” kitbet. Fil-baħar dehru għadd ta’ biċċiet ta’ plastik u żibel.

Clare tidher ukoll tiġbor il-plastik li ssib fil-malja tagħha biex imbagħad tarmi kif xieraq. “Dan dak li nigbor fil-malja tiegħi regolarment meta nmur ngħum,” hi qalet.

It-tniġġis tal-plastik qed jeqred l-ibħra tagħna. Anke l-iżgħar plastik jista ‘jkun ta’ periklu għall-annimali tal-baħar.

Instagram Clare_Agius_







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI