L-għażiża Tessa, tifla ċkejkna li kienet qed tiġġieled kontra l-kundizzjoni tan-Nemaline Myopathy, għadha kif ħallietna għall-ħajja ta’ dejjem. Dan tħabbar permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ‘Together for Tessa’.
Il-ġenituri tagħha kitbu, “Dan hu l-aħħar ritratt tiegħek, it-tifla ċkejkna prezzjuża tagħna. Strieħ fis-sliem, għażiża Tessa. Il-funeral ta’ Tessa se jsir nhar l-erbgħa, dsatax ta’ Novembru fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu fil-knisja ta’ Ħal-Luqa.”
Żiedu jgħidu, “Bħala l-ġenituri tagħha, nixtiequ nilbsu ħwejjeġ ikkuluriti biex niċċelebraw id-dawl li ġabet f’ħajjitna, u kull min jixtieq jattendi jista’ jagħmel dan ukoll.”
Bosta Maltin jinsabu xxukkjati b’din l-aħbar u qed jiktbu messaġġi biex isellmulha fuq il-paġni tagħhom. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt, nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tagħna. Il-battalja tagħha tkompli sservi bħala ispirazzjoni għalina lkoll.
Facebook / Together for Tessa