"Dan Hu R-Rigal Li Nixtieq Għalija Nnifsi F'Għeluq Snini Din Is-Sena." – Eleanor Cassar B'Talba Personali F'Għeluq Sninha

Illum il-kantanta lokali maħbuba u magħrufa Eleanor Cassar waslet fl-aħħar sena tat-tletinijiet! Eleanor tagħlaq sninha u għall-okkażjoni xtaqet taqsam talba personali.

F’din it-talba personali Eleanor qed issemmi dak li tixtieq mill-qalb, aktar milli r-regali materjali.  “Grazzi Mulej ta’ dan iż-żmien li għoġbok issellifni… Grazzi talli dejjem kont miegħi f’mumenti sbieħ kif ukoll diffiċli. Bl-għajnuna tiegħek bqajt għadejja u qatt ma nħossni waħdi. Meta waqajt dejjem kont int li ġbartni u tajtni kuraġġ li nerġa’ nibda. Ta’ dan Grazzi Mulej!”

Fit-talba Eleanor issemmi dawk in-nies li tant tħobb u huma importanti f’ħajjitha, fosthom il-familja.  “Nixtieq nitolbok tkompli tgħini fid-djufijiet tiegħi… tgħini nħobb aktar… naħfer aktar lil min jagħmilli deni… niżżel fija l-paċi ħalli nkun nista’ nara s-sabiħ f’kollox… għini nkun umli ma’ kulħadd.. tħalli qatt is-suppervja tiegħi tirbaħ l-umiltà… nitolbok tkompli tagħtini s-saħħa ħalli nieħu ħsieb lil familti li inti għoġbok iżżejjini biha.”





Awguri minn qalbna Eleanor! Nixtiequlek dak kollu  li tixtieq qalbek!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI