“Dan Huwa L-Aqwa Rigal Li Qatt Irċevejt. Grazzi Talli Fdajtuni” – Peter Paul Ta’ Tribali B’Ġest Mill-Isbaħ F’Għeluq Sninu

Peter Paul ta’ Tribali llum jagħlaq 50 sena u lbieraħ fuq il-mezzi soċjali tella’ status li mess ħafna qlub għax ix-xewqa li kellu saret reali. Hu kiteb, “Għandi xewqa waħda għall-birthday tiegħi u għalhekk qed nitlob l-għajnuna tiegħek. Ħabib għażiż tiegħi jgħix f’siġġu tar-roti. Din il-persuna tal-għaġeb għadha żgħira u għalhekk inħoss bil-qawwa li siġġu tar-roti elettriku jgħinu jgħix ħajja aħjar. Allura għall-birthday tiegħi qed nitlob l-appoġġ ta’ qalbek biex nixtri dan is-siġġu tar-roti t’hawn taħt.





Peter Paul kiteb, “Jekk hemm kelma akbar minn grazzi, ngħajjatha għal elf darba. Rispett lilkom ilkoll talli wiġibtu s-sejħa tiegħi biex niġbru flus għas-siġġu tar-roti. Irċevejt £4300 permezz tad-donazzjonijiet tagħkom. Dan ifisser li nistgħu anke mmorru għal siġġu tar-roti ferm aħjar. Dan huwa l-aqwa rigal li qatt irċevejt. Grazzi talli fdajtuni. Inżommkom infurmati ladarba nixtru l-imsemmi siġġu tar-roti, Inħobbkom ilkoll.”



Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw lil Peter Paul l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu! Prosit minn qalbna tal-ġest nobbli li għamilt! 

Facebook / Peter Paul Tribali

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI