“Dan Ifisser Li L-Ukelele Tiegħi Misruqa… Xi Ħadd Ħa Lil Grace” – Jamie Cardona Fuq Ir-Radju Dalgħodu

Jidher li l-ukelele ikonika ta’ Jamie Cardona, magħrufa bħala “Grace”, bħalissa tinsab nieqsa u l-aħbar ħasdet lil bosta.

Fil-fatt, Jamie qasam din l-aħbar dalgħodu meta rritorna fuq il-programm tiegħu tar-radju, fejn spjega li l-istrument tant għażiż għalih jew insteraq jew inkella possibbilment intilef wara l-esperjenza tiegħu f’Mużika Mużika.



Ritratt: Facebook / Mark Soler



“Grace” mhix sempliċiment ukelele, hija parti essenzjali mill-identità mużikali ta’ Jamie. Kull min isegwih jaf kemm hi importanti għalih, speċjalment peress li jużaha biex jiftaħ il-programm tiegħu kull filgħodu. Barra minn hekk, rajnieh idoqqha wkoll fuq il-palk ta’ Mużika Mużika, fejn kompliet tissaħħaħ ir-rabta bejn l-artist u dan l-istrument.

Jidher li l-ukelele tħalliet xi mkien jew forsi waqgħet f’idejn ħaddieħor, u għalissa għadha ma nstabitx. Il-mistoqsija li kulħadd qed jagħmel issa hija, se jirnexxielu Jamie jsib lil “Grace”?

Din hija storja li żgur se nkomplu nsegwu, bit-tama li din l-ukelele tant speċjali terġa’ lura għand sidha kemm jista’ jkun malajr. Taryn qaltlu li dik insterqet u min ħadha se jkun qed jixħitha għall-bejgħ biex jiġbor kemxa flus minħabba li hija tiegħu!



Ritratti:

Facebook / Jamie Cardona

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI