Bidwi diżappuntat ħafna tkellem ma’ Clifford Zahra Fenech, dwar ħajt li l-awtoritajiet kienu għadu kemm sar. Il-bieraħ hekk kif għamlet ftit xita, il-ħajt ċeda.
“Kollox minbarra ħajt? Hekk sejjaħlu lil dan il-ħajt bidwi li tkellem miegġi. Nista’ nagħtih tort? Dan il-ħajt sar f’dawn l-aħħar jiem u wara l-ewwel ftit minuti ta’ xita u riħ, spiċċa nbeżaq.”
“Se nibqgħu naċċettaw xogħol inferjuri? Se nibqgħu niddiskutu l-ovvju f’dan il-pajjiż?” qal Clifford.
Hu ta anke raġunijiet għalfejn afafrijiet bħal dawn qed jiġru:
“Mibni min dilettanti u mhux minn Maltin tas-sengħa. Mibni mingħajt qlib trijangolari allura ma jżommx. Mibni b’tali mod li l-ġebel ma jistax jistrieħ.”
Clifford appella sabiex mhux biss jissewwa dan il-ħajt mill-iżjed fiss hekk kif qiegħed ta’ periklu, iżda sabiex il-ħitan tas-sejjieħ jibdew jinbnew kif suppost.
Facebook/Clifford Zahra Fenech