Il-futboler Ingliż Wayne Rooney illum jagħlaq 36 sena. Illum il-ġurnata Rooney huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Ingliż li bħalissa jinsab imexxi lit-tim ta’ Derby County.
Minn ċkunitu, Wayne kien jagħti s-sapport u s-sosten tiegħu lill-klabb ta’ Everton FC. Hu beda l-karriera tiegħu ta’ għaxar snin ma’ Everton wara li kien jimpressjona bit-tattiċi tiegħu ma’ timijiet żgħar oħra.
Wayne Rooney ġie ddikkjarat bħala l-plejer tal-partita u kiseb l-ewwel trofew fil-League Cup tal-2006 li ntrebħet mit-tim ta’ Manchester United; it-tim li miegħu qatta’ l-kumplament tal-karriera tiegħu.
Awguri lil Rooney… J’alla jkollu iktar snin ta’ saħħa u ġid!