Nhar il-Ħadd, 29 ta’ Marzu 2026, Malta (u l-pajjiżi Ewropej kollha) se tkun qed issir il-bidla għall-ħin tas-sajf. Din il-bidla ssir kull sena biex nieħdu vantaġġ minn aktar dawl naturali filgħaxija.
Eżatt fit-02:00 ta’ filgħodu, il-ħin se jimxi ’l quddiem għat-03:00 ta’ filgħodu. Dan ifisser li se “nitilfu” siegħa rqad… iżda fl-istess ħin nibdew ingawdu ġranet itwal u aktar xemxin.
Għal ħafna nies, din il-bidla tfisser aktar opportunitajiet biex igawdu l-ġranet wara x-xogħol jew l-iskola – mixjiet fil-beraħ, nilagħqu ftit ix-xemx u l-jiem ikunu aktar mimlija enerġija u ħajja.
Madankollu, hemm min iħoss ftit għeja jew disturb fl-irqad fl-ewwel jiem. Għalhekk tajjeb li nippreparaw ftit – bħal li mmorru norqdu ftit qabel u nippruvaw inżommu rutina regolari.
Il-bidla tal-ħin tibqa’ waħda minn dawk il-mumenti żgħar li jfakkruna li s-sajf reġa’ jinsab wara l-bieb!
Ritratti: Pexels