Id-Dipartiment tal-Informazzjoni kiteb xi ftit fatti interessanti dwar Chadwick Lakes. Dan il-messaġġ enfasizza l-importanza ta’ dawn l-inħawi għall-għelieqi fil-viċinanzi.
Kitbu, “Chadwick Lakes – post popolari ħafna fost il-familji, speċjalment wara x-xita! Dan il-post sabiħ ħa ismu minn Sir Osbert Chadwick li fl-1800s ippjana diversi digi biex jinżamm l-ilma tax-xita. Iżda l-istorja tal-wied tmur lura ħafna aktar ‘il bogħod – l-isem oriġinali Wied il-Qlejgħa jidher f’dokument notarili mill-1488 li jittratta għelieqi fl-inħawi, li juri kemm dan il-wied kien importanti għall-komunità lokali għal sekli sħaħ.”
Qalu wkoll, “Ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni reċenti żguraw li din iż-żona pittoreska terġa’ ssir aċċessibbli u rrestawrata. Il-proġett jinkludi wkoll mogħdija ta’ 2km fil-parti ta’ fuq tal-wied – pass importanti fil-preservazzjoni tan-natura u l-ispazji pubbliċi tagħna.”
Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni