Il-Covid-19 hi pandemija li qanqlet lid-dinja kollha. Ġabet magħha dieqa, tensjoni, ansjetà u inċertezzi dwar meta ser nirritornaw għall-ħajja normali. Fost l-agħar affarijiet li ġabet magħha kienu l-effetti wara li persuna ġiet infettata. Il-ħajja għal Dae’Shun Jamison ma baqgħetx l-istess litteralment, hekk kif effett tal-Covid-19 spiċċa biex neħħielha dejha u saqajha.
It-tifla Amerikana ta’ 10 snin sfortunatament tilfet idejha u saqajha b’MIS-C li hi effett tal-Covid-19. Sorsi Amerikani żaru lil Jamison u raw fiha sens kbir ta’ kuraġġ u spirtu pożittiv minkejja s-sitwazzjoni. “X’suldat bi spirtu qawwi! Int ispirazzjoni.”
Nagħmlu kuraġġ lil Jamison u lil kull min għadda minn xi esperjenza simili.
Facebook/ Santa Rosa oax