Chef Daniel Grech huwa wieħed minn dawk li qatt ma jiddiżappuntana b’dak li jippreżentalna – speċjalment l-ikel.
Ftit ilu iddeċieda li jqabbadna l-ġuħ u jxennaqna għal ikla li f’Malta qatt ma rajna bħalha. Fil-fatt Daniel introduċiena mal-famuża Grilled Pizza, mħawra b’diversi ingredjenti li jkomplu jtuha dehra mervaljuża. Bosta kienu li kkummentawlu hekk kif tefa’ ritratt tagħha u s-segwaċi tiegħu jinsabu ħerqana mmens biex jipprovaw din it-tip ġdid ta’ pizza.
Ngħiduha kif inhi… anke lilna qabbad il-ġuħ u ninsabu għajnejna miftuħin beraħ għal meta ser inkunu nistgħu nesperjenzawha din l-ikla!
Facebook/ Chef Daniel Grech