Nistgħu nikkonfermaw li l-preżentatur tal-ewwel staġun ta’ Family Feud Malta ser ikun Ben Camille. Lil Ben nafuh sew bħala preżentatur, mill-Malta Eurovision, għal X Factor Malta, u saħansitra għall-programm tiegħu stess, Ben & Co.
Family Feud Malta mistenni jġib l-istess divertiment, daħk, u spirtu kompetittiv li nafu mill-ispettaklu tal-programm li jsir madwar id-dinja. Se jkun qed jibda fis-6 t’Ottubru 2024, u se jkun qed jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fil-12.15 fuq TVM.
Aktar informazzjoni…
Waqt Family Feud irid ikollok 4 membri li jew jiġu minn xulxin, jew miżżewġin jew inkella ħbieb. Biex tapplika trid tkun ċittadin Malti jew ikollok permess biex taħdem ġewwa Malta.
M’hemm l-ebda rekwiżiti ta’ età biex tkun fuq Family Feud, iżda t-tim tal-produzzjoni jissuġġerixxu li l-kontestanti jkollhom 15-il sena jew aktar minħabba n-natura tal-mistoqsijiet.
Jekk taħseb li l-familja tiegħek tista’ tipparteċipa f’dan il-programm, applika issa fuq https://www.familyfeud.mt.