Dan l-aħħar jiem kellna ħalbiet ta’ xita, riħ qawwi u maltempati li jidher li ħallew l-effetti tagħhom b’diversi modi. Għaqda Bdiewa Attivi kitbu dwar l-effetti li ħallew fuq prodotti impurtati.
“Tajjeb li wieħed jirrealizza r-riperkussjonijiet li pajjiż ikun jiddependi b’mod esaġerat fuq l-ikel tiegħu mill-prodott impurtat. Daqsxejn maltemp għal ġurnata jew tnejn u dawn huma l-effetti…”
Qasmu diversi ritratti li juru xkafef vojta bla prodotti. Fil-kummenti n-nies issekondaw l-appell tal-Għaqda Bdiewa Attivi, u qalu kemm f’perjodu bħal dan, ħafna jindunaw verament kemm hu prezzjuż ix-xogħol iebes tal-biedja.
Għaqda Sajjieda Attivi wkoll ikkummentat fejn appellat biex il-produtturi, sajjieda, bdiewa u raħħala jiġu aktar imħarsa.