Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Come Dine With Me Malta awguraw lis-segwaċi tagħhom l-Għid it-Tajjeb f’dan il-jum kif ukoll qalu lis-segwaċi tagħhom li ġejja xi ħaġa kbira. Is-sena l-oħra segwejna l-ewwel staġun ta’ Come Dine With Me Malta fejn iltqajna ma’ numru kbir ta’ karattri simpatiċi.
Huma qalu, “L-Għid it-tajjeb lil kulħadd! Daqt se tasal xi ħaġa kbira għalikom… iktbu fil-kummenti u għidulna x’taħsbu li se jasal daqt.”
Bosta min-nies fil-kummenti qed jaħsbu li ser jiġi żvelat it-tieni staġun ta’ Come Dine With Me Malta dalwaqt. X’taħsbu intom?
Facebook/Come Dine With Me Malta