Kate:Writing My Story, ittella’ mill-pjattaforma soċjali tagħha, aħbar tajba għaliex ser tkun qed tirritorna lura lejn Malta daqt.
“Daqt Ser Inkun Lura F’Dari. Ser nirritorna daqt.”
Kate kienet qed tagħmel programm intensiv ta’ terapija li kien jikkonsisti minn tlett ġimgħat, ġimgħa f’Malta u t-tnejn l-oħra f’Londra. Ma kienet xejn faċli u t-terapija rrikjediet ħafna u ħafna ħin iżda bħal dejjem Kate kienet determinata li tagħmel mill-aħjar tagħha sabiex terġa’ tieħu saħħitha lura. Wara kien pjanat li tgawdi l-vaganzi mal-familja u ħbieb. Bħal kull tifla Kate għandha bżonn il-ħin sabiex tilgħab, tistrieħ u tgawdi ftit il-ħajja.
Awguri u l-festi t-tajba lil Kate u lill-familja tagħha. Nittamaw li jkollok Milied tassew speċjali.