“Dar-Riħ Mistenni Jkun L-Aktar Qawwi Matul Il-Lejl Li Ġej, B’Xi Buffuri Qawwija Sa Forza 8” – It-Temp Madwarna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp Madwarna żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati bis-sitwazzjoni tat-temp previst.

Huma qalu, “Twissija ta riħ qawwi – Ir-riħ mill-Punent Majjistru (WNW) mistenni li jitqawwa iżjed matul il-jum tal-Ħamis 26/3 u b’mod speċjali matul il-lejl li ġej, sal-għodwa t’għada l-Ġimgħa 27/3.
Dar-riħ mistenni jkun l-aktar qawwi (Forza 7) matul il-lejl li ġej, b’xi buffuri qawwija sa Forza 8.
Ir-riħ se jbatti mill-Ġimgħa 27/3 filgħaxija u jsir Forza 5.”

Żiedu wkoll, Ir-riħ mistenni li jerġa’ jitqawwa xi ftit (sa Forza 6) mill-Majjistral (NW) nhar is-Sibt 28/3. Evitaw l-inħawi kostali fejn jaqbel dan ir-riħ. Evitaw li tħallu vetturi taħt siġar kbar. Is-servizzi bil-fast ferry u tal-katamaran mistennija li jiġu temporanjament sospiżi. Żguraw li oġġetti mhux marbuta jkunu sikuri.
Din it-twissija tidħol fis-seħħ minn waranofsinhar tal-lum il-Ħamis 26/3 sas-Sibt 28/3 filgħaxija. Xerrdu għall-oħrajn ukoll.“







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI