“Dawk Il-Ħaddiema Għawdxin Li Jaħdmu Malta U Li Jistgħu Jagħmlu Xogħolhom Mid-Dar… Għandhom Jagħmlu Dan U Ma Jivjaġġawx Lejn Malta”

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, ħareġ avviż għal dawk il-ħaddiema kollha Għawdxin li jivjaġġaw f’Malta għax-xogħol.

Dan qal li għal għada, minħabba ċ-ċirkostanzi tat-temp, dawk il-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta imma jistgħu jaħdmu mid-dar jew mir-Remote Workspaces tax-Xewkija għandhom jagħmlu dan u ma jivjaġġawx lejn Malta.

Minħabba t-temp għada jaf jerġgħu jiġu affetwati l-vjaġġi tal-Gozo Channel bejn iż-żewġ gżejjer.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI