Bil-Filmat: “Dawk Iż-Żewġ Minuti Tħossok Se Tmut” – Rodianne Ta’ TikTok Fuq Kellymni

Rodianne hija wiċċ magħruf fuq TikTok, iżda wara l-vidjows u l-kontenut li taqsam mal-eluf ta’ segwaċi tagħha hemm storja personali li ħafna jistgħu jħossuha qrib tagħhom.

F’wieħed mill-aktar mumenti sinċieri tagħha, Rodianne qasmet kemm kien diffiċli għaliha li tiftaħ qalbha mal-ġenituri u l-familja tagħha biex tgħidilhom li saret tħobb mara. Hija spjegat kif dak il-pass ma kienx faċli, speċjalment minħabba l-biża’ ta’ kif setgħu jirreaġixxu u l-piż emozzjonali li ġġorr deċiżjoni bħal din.



B’sinċerità kbira, Rodianne rrakkontat kif ħajjitha spiss tħossha bħal sensiela ta’ muntanji, kull darba li taħseb li waslet fil-quċċata, tidher oħra x’titla’. Madankollu, hija tagħżel li tibqa’ taffaċċja dawn l-isfidi b’kuraġġ, anke meta ż-żminijiet ikunu diffiċli.



L-istorja tagħha hija waħda ta’ ġlieda, aċċettazzjoni u kuraġġ personali, li tfakkarna li wara kull tbissima fuq il-midja soċjali, hemm realtajiet li ħafna minna nistgħu nidentifikaw magħhom. Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida se jkun wieħed li m’għandekx titlef!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI