Kull min jagħmel użu mit-trasport pubbliku, żgur li ħa jieħu gost b’din l-aħbar. Ftit tal-minuti ilu, il-Ministru Ian Borg kiteb, “Grazzi lix-xufiera Tallinja. 50 vettura ġdida.” Din l-aħbar żgur li hi waħda sabiħa għal pajjiżna, minħabba l-fatt li grazzi għal dawn il-vetturi ġodda s-servizz jista’ jkun ta’ kwalità aħjar.
Il-Ministru qasam ritratt flimkien ma’ wħud mix-xufiera li jaqdu dmirhom fit-toroq Maltin. Ċertament li investiment bħal dan ħa jħalli effett pożittiv fuq is-servizz inġenerali. Aħbarijiet li żgur nieħu gost nisimgħu!
Facebook / Tallinja