Peppi jagħmel mistoqsija important lill-Prim Ministru ta’ Malta hekk kif qed tiġi diskussa l-possibbilità ta’ legalizzazzjoni tal-cannabis għall-użu personali.
Peppi jsaqsi, “Allura Prim Ministru, jekk kif għedt tajjeb inti, mhux sewwa li min ikabbar il-ħaxixa għalih id-dar jitressaq il-Qorti, allura dawk li b’mod oxxen laħqu weħlu snin twal il-Ħabs għax inqabdu bi pjanta tal-cannabis id-dar, meta se jinħelsu please? Qed nistaqsi għall-ġustizzja.”
Wieħed taf jargumenta, il-fatt li l-liġi kienet mod u issa qed tiġi diskussa biex tinbidel dak li jkun xorta kien qed jikser il-liġi. Imma fl-istess ħin, tajjeb li ħaġa bħal din tkun diskussa sabiex dawk li weħlu pieni ħorox jiġu kompensati.
X’taħseb dwar dan int?