"Dawk Li B'Mod Oxxen Laħqu Weħlu Snin Twal Il-Ħabs… Meta Se Jinħelsu?" – Peppi Jsaqsi Lill-Prim Ministru

Peppi jagħmel mistoqsija important lill-Prim Ministru ta’ Malta hekk kif qed tiġi diskussa l-possibbilità ta’ legalizzazzjoni tal-cannabis għall-użu personali.

Peppi jsaqsi, “Allura Prim Ministru, jekk kif għedt tajjeb inti, mhux sewwa li min ikabbar il-ħaxixa għalih id-dar jitressaq il-Qorti, allura dawk li b’mod oxxen laħqu weħlu snin twal il-Ħabs għax inqabdu bi pjanta tal-cannabis id-dar, meta se jinħelsu please? Qed nistaqsi għall-ġustizzja.”

Wieħed taf jargumenta, il-fatt li l-liġi kienet mod u issa qed tiġi diskussa biex tinbidel dak li jkun xorta kien qed jikser il-liġi. Imma fl-istess ħin, tajjeb li ħaġa bħal din tkun diskussa sabiex dawk li weħlu pieni ħorox jiġu kompensati.

X’taħseb dwar dan int?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI