"Dawk Li Mhux Fl-Industrija Forsi Ma Jirrealizzawx Id-Dettall Fil-Vjaġġ Ta' Kull Artist" – Pamela Bezzina

Il-kantanta Pamela Bezzina għadha kif kitbet ħsieb fuq l-impenji li kellha dal-aħħar, fosthom is-sehem tagħha fil-programm Mużika Mużika Il-Vjaġġ Ikompli. Pamela staqsiet min ra l-programm ilbieraħ, li fil-fatt kien l-ewwel episodju minn din il-produzzjoni.

Il-kantanta, li hi anke kowċ tal-vuċi f’dan il-programm, tikteb dwar kemm hu trasparenti u kemm juri l-prattika kontinwa li jgħaddi minnha artist sakemm joħroġ fuq palk u jagħti prestazzjoni. “Ninsab tassew grata li programm bħal dan qed jiġi produċut – juri l-prattika kollha li kantant jeħtieġ li jieħu – dawk li mhux fl-industrija forsi ma jirrealizzawx id-dettall fil-vjaġġ ta’ kull artist.” 

Pamela tkompli li dan il-programm qed juri dak kollu li jiġri ‘minn wara l-kwinti’ biex ngħidu hekk. Dak li ssoltu l-pubbliku ma jarax b’mod daqshekk ċar. Hawn min ma jifhimx l-isforz u s-sagrifiċċji li tinvolvi din l-industrija sabiex il-kantanti joħorġu bl-unuri. Tesprimi l-ferħ u s-sodisfazzjon li qed tħoss li ġiet fdata tagħti sehemha f’dan il-vjaġġ u tħarreġ lill-kontestanti li qed jissieltu biex jirbħu post fis-semifinali ta’ Mużika Mużika li jmiss.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI