Biex tkun eroj m'hemmx għalfejn ittir jew ikollok xi poteri. Dawn in-nies huma nies komuni li fl-opinjoni tagħna huma eroj għax ħadmu biex itejbu l-komunità tagħhom.
Karl Vella - “Ġejt avolja marid, biex ngħin!”
Min kien jaf lil Karl Vella, kullħadd l-istess kelma “kemm hu ġeneruż u għandu qalbu tajba”. Sal-aħħar mumenti Karl kien jibqa' jattendi l-maratoni u jagħti kontribut tiegħu lil kull organizzazzjoni.
Eroj għax minkejja ħalliena, bis-saħħa tal-mara tiegħu, infetħet il-fondazzjoni Karl Vella, li tieħu ħsieb tagħti edukazzjoni u sapport psikoloġiku lil tfal f’familji fejn hemm xi ħadd marid b’marda severa.
Rennie, Angelle u Dr. Calvagna – Puttinu - “Ħu ħsieb lill-familja mill-bqija kollox f’idejna.”
Lura fl-2002, Rennie u Dr. Calvagna fetħu Puttinu Cares. Għaqda li tgħin bla waqfien lill-pazjenti morda bil-kanċer.
Eroj għax bis-saħħa ta’ dawn in-nies qedgħin jinġabru eluf ta’ ewro biex ngħinu pazjenti morda jfiequ. Madwar 30 pazjent kull xahar ikollu jmur l-Ingilterra għall-kura u Puttinu ma joqgħodx lura milli jgħin lil kulħadd.
Albert McArthy - “Kont nibża' mil-istigma imma issa daqshekk aktar!”

Magħruf bħala Santa Klaws ta’ Malta, imma forsi ftit jafu li wara l-libsa kollha xenxilli ta’ Santa Klaws kien hemm persuna li kienet qed tbati minn kundizzjoni ta' saħħa mentali.
Eroj għax ma tħassarx lilu nnifsu imma fetaħ grupp bl-isem ta’ ‘Be Positive’ Bi Polar Self-help fejn qed jgħin u jinkoraġixxi persuni bil-bi-polar disorder.
Patri Dijonisju Mintoff - “Ix-xemx titla' għal kulħadd”

Ħu l-Perit Dominku Mintoff huwa patri. Minkejja li daqt joqrob id-90 sena dejjem tarah jitbissem, jgħin lill-batut u b’ton kajman.
Eroj għax jgħix il-kliem u l-valuri ta’ Ġesù billi jgħin lil min qed ibati. Bis-saħħa tal-Laboratorju tal-Paċi (li ilu miftuħ 50 sena), dan il-patri qed jagħti saqaf lil numru kbir ta’ immigranti.
Dun Victor Grech - “Jien nemmen fil-bniedem”

Gradwat fl-Arti u fit-Teoloġija, Monsinjur Victor Grech huwa t-tama ta’ ħafna persuni b’vizzju ta’ droga.
Eroj għax kien fost dawk li waqfu l-Aġenzija Caritas. Aġenzija li tgħin ħafna nies jiġġieldu l-faqar, l-iżvilupp tal-bniedem u l-ġustizzja soċjali. Dun Victor minn dejjem ppromova l-prevenzjoni mid-droga f’ħafna skejjel!
Bjorn Formosa - “Sal-aħħar nifs nibqa' naħdem”
Ta’ 28 sena Bjorn jsir jaf li għandu ALS, kundizzjoni li ma żmien tispiċċa tiġi pparaliżżat.
Eroj għax minn dakinhar li sar jaf, ħadem u ġabar aktar minn 3 miljun ewro biex fetaħ DAR Bjorn, dar li tgħin lil pazjenti b’ALS. 13 ta’ Ġunju li għadda, Bjorn jikteb li "...Il-permess ġie approvat!” għal dar ġdida u ikbar bix-xogħlijiet se jkunu qed jibdew b’mod immedjat.
Ġorġ l-Għannej - “Għandna nkunu nies ta’ qalb ħanina”

Ġorġ Agius magħruf bhala L-Għannej huwa tal-Mużew. Xi darba jew oħra kull min daħal l-isptar bilfors iltaqa’ ma’ dan ir-raġel.
Eroj għax kuljum kien imur iżur il-morda, jgħidilhom taqbiliet u jagħti kuraġġ.
Flimkien il-possibilitajiet huma nfiniti. Flimkien nistgħu ntejbu s-soċjetà. Jekk kulħadd jgħin aħna wkoll inkunu eroj... jew iljuni fis-silġ! Din hija t-tifsira tal-vidjow mużikali u l-kanzunetta ġdida tal-band popolari The Travellers li tista' tisma' hawn taħt!