The Malta Police Force ħarġet twissija lill-pubbliku wara rapporti ta’ messaġġi SMS frawdolenti li qed jintbagħtu lil diversi persuni, li jidhru qishom ġejjin mill-MaltaPost.
Skont l-awtoritajiet, dawn il-messaġġi normalment jitolbu ħlas żgħir, bħal tariffa ta’ kunsinna, u jinkludu link li tħeġġeġ lill-persuni biex idaħħlu d-dettalji tal-karta ta’ kreditu jew debitu tagħhom.
Il-Pulizija enfasizzat li dawn il-messaġġi huma scams u għandhom bħala għan uniku li jisirqu informazzjoni finanzjarja biex tintuża b’mod frawdolenti.
“Dawn il-messaġġi huma frodi. L-uniku skop tagħhom huwa li jisirqu l-informazzjoni finanzjarja tiegħek għal użu frodulenti. Il-membri tal-pubbliku huma avżati bil-qawwa biex: MA jagħfsux fuq xi links f’dawn il-messaġġi. MA jipprovdux dettalji personali jew bankarji.”
Ibqgħu dejjem attenti!