Ħdax-il Pittura Minn Ta’ Picasso Jinsabu Għand Sidien Ġodda – Ara Kemm Il-Miljun Intefaq Fuqhom

Għada huwa jum l-għeluq il-140 sena mit-twelid tal-pittur famuż Spanjol Pablo Picasso. F’irkant li sar ilbieraħ fil-lukanda ‘Bellagio’ f’Las Vegas, li hija magħrufa għall-arti li tinsab fiha, inbiegħu ħdax-il pittura minn ta’ Pablo Picasso għall-ammont totali ta’ $100 miljun.

L-ogħla prezz imħallas kien ta’ 40 miljun dollaru u nofs għal pittura tal-1938, il-‘Femme au Beret Rouge-Orange.’ Saħansitra, anka xogħol iżgħar fuq iċ-ċeramika bħal-‘Le dejeuner sur l’herbe’ nbiegħet għal $2.1 miljuni.

L-ismijiet tas-sidien il-ġodda dawn il-pitturi baqgħu mistura.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI