Illum beda l-iffilmjar tat-tieni fażi televiżiva ta’ X Factor Malta: Bootcamp.
F’wieħed mill-Insta Stories imxerrda fuq il-profil uffiċjali ta’ X Factor Malta, jidher illi Deborah C u Vanessa Sultana, ingħaqdu mat-tielet persuna u ġew iffurmati fl grupp flimkien wara l-fażi tal-auditions.
Deborah C ikkompetiet fil-finali tal-Malta Eurovision għal seba’ snin konsekuttivi mill-2012 sal-2018 bl-aktar waħda riċenti tkun bil-kanzunetta Turn It Up.
Vanessa Sultana forsi tiftakruha minn X Factor Malta stess is-sena l-oħra, fejn waslet sal-fażi tal-Judges Houses iżda Ray li s’issa mexxa s-sezzjoni tal-overs, ma setax joħodha miegħu fil-fażi finali.
Il-fażi ta’ bootcamp tkompli fil-jiem li ġejjin, b’hekk jekk iżżomm għajnejk miftuħa għal dak li jiġi mxerred fil-midja soċjali, jaf tinnota xi wiċċ jew tnejn familjari…jew inkella, dejjem tista tara dak li ninnutaw aħna fuq Gwida.mt!
Instagram / @xfactormalta
Facebook / @deborah.c.50