Dehra Ġdida Fis-Subway Ta' Tal-Qroqq – X'Taħseb Minn Kif Ġiet?

Transport Malta żvela ritratti taż-żona tas-subway ta’ Tal-Qroqq li għadha kemm ġiet rinovata. Huma qalu li ż-żona “ġiet rinovata b’żebgħa ġdida, tikħil, poġġamani u dwal.”

Filwaqt li ħafna laqgħu r-restawr, tqajmu wkoll kwistjonijiet oħra minħabba li dan il-post jegħreq meta tkun ix-xita, bħal postijiet oħra f Malta bażikament. Persuna fuq Facebook ikkummenta li l-persuni mexjin ikollhom bżonn “dinghy biex jgħaddu.”

Oħrajn iddeploraw ukoll id-deċiżjoni li tneħħew il-graffiti, li kienet karatteristika prominenti tas-subway innifisha. “Jogħġbuni l-graffiti. Naħseb li kellhom jitħallew,” qal żagħżugħ fuq Facebook, b’nies oħra jalludu għall-fatt li l-graffiti huma l-inqas mill-problemi tas-subway.





Ħafna wrew preokkupazzjoni dwar il-kwistjoni ta’ l-għargħar, l-intallar ta’ kameras CCTV, u n-nuqqas ta’ ndafa ġenerali fiż-żona.

X’taħseb dwar ir-rinnovazzjoni?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI