Fil-Paġna It-Temp Madwarna ttella’ ritratt interessanti ta’ dik li tissejjaħ tromba tal-arja li tifforma fil-bnazzi. Dan jiġri meta l-arja fuq l-art tisħon f’daqqa u titla’ ‘l fuq fejn hemmhekk imbagħad, tiltaqa’ m’arja friska.
Din intlemħet lejn in-Nofsinhar ta’ Malta għall-ħabta tas-14.30. Huwa fenomenu li jiġri f’jiem sajfin max-xtajtiet meta tkun il-kalma.
Intom rajtuha?!
Ritratt: It-Temp Madwarna/ Michael Delmar