“Dejjem, Dejjem Pruvaw Sibu L-Għajnuna. Agħmlu Dak Kollu Li Tistgħu Biex Il-Ħajja Tagħhom Ma Tintilifx” – Maria D’Amato

L-attivista għall-annimali Maria D’Amato qed tieħu ħsieb liċ-ċkejken Choco, kelb li qed jingħata ċans ġdid f’ħajtu.

Hi kitbet, “Dan huwa ż-żgħir Choco li ingħaqad mal-grupp ta’ Innocent Paws. Salvajnieh milli jitraqqad. Ma rridx nidħol f’dettalji, għax l-iktar ħaġa important hi li issa huwa sigur. Il-familja tiegħu aċċettat l-għajnuna għalih u ffirmat biex nieħdu ħsiebu aħna. Tawh ċans li vera jistħoqqlu.”



Żiedet tgħid, “Li rrid ngħidu huwa dan: Dejjem, dejjem pruvaw sibu l-għajnuna. Agħmlu dak kollu li tistgħu biex il-ħajja tagħhom ma tintilifx. Kull ħajja tgħodd. Ta’ biss tliet xhur, Choco kiser siequ u issa se jarah Tabib biex jara kif nistgħu nimxu minn hawn ‘l quddiem. Jekk jogħġobkom żommuh fit-talb tagħkom.”



Nirringrazzjawha talli qed tieħu ħsiebu! Kuraġġ Choco!



Ritratti:

Facebook / Maria D’Amato

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI