"Dejjem Erġajt Lura Fuq Saqajja… Mhux Se Nħalli Lili Nnifsi Nerġa' Naqa'" – Il-Kantant Andy Muscat

Il-kantant magħruf mill-grupp Avenue Sky, Andy Muscat, qasam fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram il-vjaġġ tiegħu li ħadem fuqu. Hu jinsab grat għal dak li kiseb, u għandu l-ħsieb u d-determinazzjoni li jkompli miexi ‘l quddiem.

“Ma kontx se nippubblika dan, imma nħoss li għandi bżonn niċċelebra kull kisba żgħira (jew mhux daqshekk żgħira). Oriġinarjament, dan il-kont qabel kien profil tal-fitness/nutrizzjoni…”

Andy jispjega li maż-żmien fuq il-midja soċjali ffoka ħafna fuq il-karriera tal-mużika u l-kant, iżda l-messaġġ jixtieq li jwasslu. “Il-battalja tiegħi kontra l-piż qatt ma spiċċat fil-verità. Ġieli rbaħt, xi drabi waqajt, imma dejjem erġajt qamt fuq saqajja… Din id-darba nħoss li mhux se nħalli lili nnifsi nerġa’ naqa’. Jekk nagħmel, nerġa’ nqum, imma le.”

Prosit Andy tad-determinazzjoni, u talli qed tkun anke ta’ tama, kuraġġ u ispirazzjoni għal ħafna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI