Sfortunatament matul il-lejl li għadda ħalliena l-politikant Frederick Azzopardi, li huwa wkoll missier id-disinjatur Malti Luke Azzopardi.
Bosta qed jibku t-telfa ta’ Frederick. Fosthom hemm Bernard Grech, li qal li “Frederick kien eżempju ta’ kif tista’ tkun ta’ servizz għal ħaddieħor. Politiku li dejjem ġab il-ġid tal-komunità Għawdxija fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu… Illum tlifna wieħed minna.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Frederick, kif ukoll lil dawk kollha li qed iħossu t-telfa tiegħu.
Facebook/Frederick Azzopardi