Il-kantanta Emma Muscat ħabbret li għadha kif tikseb it-tieni ‘gold record’ tagħha f’inqas minn sena.
Fuq post li kitbet fuq il-paġna tagħha uriet kemm ifisser għaliha dan l-unur. Hija kitbet “minn dejjem kienu jgħiduli li ma nistax nagħmel karriera mill-mużika u li l-mużika kienet biss passatemp.” Kitbet ukoll u għaddiet il-messaġġ li din hija konferma li jekk persuna għandha passjoni fuq xi ħaġa m’għandha tħalli lil ħadd u lil xejn iwaqqafha.