“Dejjem Ser Inkun Żagħżugħa F’Qalbi” – Tiċċelebra Għeluq Sninha Lyndsay Pace

Lyndsay Pace

Tiċċelebra għeluq sninha llum Lyndsay Pace, kantanta u kantawtriċi Maltija li ilha attiva fix-xena mużikali lokali għal numru ta’ snin.

Il-passjoni tagħha għall-mużika bdiet minn età żgħira, u matul is-snin żviluppat stil versatili. Fil-bidu tal-karriera tagħha kienet parti mill-girl band VIEVE, u aktar tard bdiet tibni karriera bħala artista solista b’diversi singles li daħlu fil-klassifiki tar-radju lokali, fosthom System Overload, Zip It Up u Going Under.

Tul il-karriera tagħha Lyndsay ħadet sehem f’diversi kompetizzjonijiet u festivals mużikali importanti, fosthom The Malta Eurovision Song Contest, X Factor Malta u Muzika Muzika, kif ukoll programmi internazzjonali bħall-Britain’s Got Talent.

Barra minn hekk ħarġet l-album tagħha Dopamine u diversi singles ġodda li komplew jesponu l-ħoss mużikali u l-arti tagħha.

Riċentement kisbet ukoll rikonoxximent fuq livell internazzjonali b’nominazzjonijiet u premjijiet fil-World Entertainment Awards f’Hollywood.

Fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha, Lyndsay qasmet messaġġ personali u mimli enerġija mas-segwaċi tagħha fuq Instagram.

Fil-post tagħha qalet li, minkejja li qed tikber fl-età, hi tippreferi tħares lejn kull sena bħala progress ġdid fil-ħajja.

Hija rrimarkat li matul is-snin tgħallmet il-valur tal-kunfidenza fiha nnifisha, affrontat il-biżgħat tagħha.

Filwaqt li rringrazzjat lil kull min bagħtilha messaġġi u awguri li għamlu dan il-mument aktar speċjali.

Awguri mill-qalb Lyndsay! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI