Destiny Is-Sena D-Dieħla Ser Tirrapreżentana Fil-Eurovision "No Matter What"

L-EBU għandhom kemm ħabbru li s-sena d-dieħla l-Eurovision Song Contest ser issir żgur u l-ebda pandemija mhu ser twaqqfu. It-tim qed jippreparaw 4 xenarji differenti ta’ kif jista’ jkun il-festival tant maħbub u popolari. 





Xenarju 1 – Isir Eurovision Song Contest normali bl-udjenza bħas-soltu b’9 shows li jinkludu l-provi. Dan jiddependi jekk il-vaċċin ikunx disponibbli. 

Xenarju 2 – Ikun konkors bid-distanza soċjali u jimxi fuq il-linji gwida tal-Olanda. Dan ifisser li fis-sala jkun hemm ftit nies u attiviatjiet minimi fil-belt. 

Xenarju 3 – Jekk ikun hemm pajjiżi li ma jkunux jistgħu jivjaġġaw ikunu jistgħu jkantaw minn pajjiżhom stess. Il-prestazzjonijiet kollha ser ikunu miġburin minn Rotterdam u s-serata tittella’ minn hemm. 

Xenarju 4 – Jekk l-Olanda tkun taħt lockdown ieħor, ikun hemm Eurovision mingħajr udjenza u probabilment mingħajr attivitajiet. Il-prestazzjonijiet tal-parteċipanti jkunu kollha ġejjin mill-pajjiżi tagħhom. Jiġifieri Destiny tkanta minn Malta u tidher f’xandira diretta. Din hija kif ser issir il-Junior Eurovision. 

It-tema magħżula għal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest ser jibqa’ l-istess; ‘Open Up”. 

EBU / KRIS POUW

Albert Camilleri / X Factor



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI