Ixxerja
Tliet snin ilu tħabbret il-mewt ta’ Godwin Lucas, kantant lokali li rajnieh f’diversi festivals tul is-snin fosthom L-Għanja tal-Poplu, il-Festival tal-Kanzunetta Maltija u l-Malta Song For Europe.
Fost dawk li fakkru l-memorja tiegħu llum kien il-kantawtur u kompożitur Mark Spiteri Lucas, li huwa n-neputi. Mark kiteb, “Diġà tliet snin Ziju. Strieħ fis-sliem…”
Lura fl-2021 Godwin kien għamel dwett flimkien ma’ Mark waqt l-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika, fejn kantaw il-kanzunetta Għanja Lil Ibni.
Fl-1984 Godwin ħa sehem għal-ewwel darba fil-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija bil-kanzunetta Ma Rridx Ninsa.
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt insellmu l-memorja ta’ Godwin Lucas, u għal dejjem grati għall-mużika li tagħna tul is-snin.
Facebook/ Mużika Mużika
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
“B’Niket Kbir Inħabbru L-Mewt Ta’ Missierna L-Għażiż, Luciano” – Luciano Restaurant
Bernard Xuereb
Illum
Sfortunatament ħarġet l-aħbar li ħalliena Luciano, r-raġel wara r-restaurant tant maħbub il-Belt Valletta. F’post fuq Facebook, it-tfal tiegħu Anna, Cinzia u Joseph, ħarġu l-aħbar xokkanti.“B’niket kbir inħabbru l-mewt ta’ missierna l-għażiż, Luciano, li ħalliena llum,” huma kitbu. Ġentlom veru u raġel ta’ qalb tajba, kien raġel devot u kollu mħabba, missier ħanin, u nannu kburi. […]