Il-Paġna ta’ Malta Islands Weather ittella’ dan il-messaġġ, “Diċembru li għadda kien l-ewwel wieħed fi 11-il sena b’aktar xita mill-medja. L-istatistika turi wkoll assenza totali ta’ rjieħ qawwija mill-Majjistral. Għad-diżappunt tal-maġġoranza, kien ukoll xahar ikkaratterizzat minn riħ isfel persistenti. Infatti, kellna 15-il jum li fihom nefaħ riħ mix-Xlokk. Ironikament, dan l-aħħar diżappunt kien proprju dak li ġabilna iż-żewġ aspetti pożittivi. Imma kif huma relatati bejniethom?
Għaliex iddomina r-riħ Xlokk?
Diċembru kien iddominat minn pressjoni għolja staġnata fuq l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant, flimkien ma’ pressjoni baxxa rikorrenti fuq il-Mediterran ċentrali u l-Afrika ta’ Fuq. Din is-sitwazzjoni ġiegħlet biex influss ta’ arja mix-Xlokk jieħu post riħ aktar staġġjonali mill-Punent fuq il-Gżejjer Maltin.
Dan għen biex għamlet aktar xita?
Irjieħ mix-Xlokk iġibu arja aktar sħuna u mimlija umdità mill-Mediterran, u meta din l-arja tiġi mbuttata l’ fuq minħabba pressjonijiet baxxi fil-qrib jew sistemi frontali, tiżdied il-probabbiltà ta’ xita. Dan l-istat meteoroloġiku hu ferm aktar effiċjenti biex iġib ix-xita fuq Malta meta mqabbel mar-rjieħ kontinentali niexfa mit-Tramuntana.”
Kompli aqra hawnhekk: