“Diffiċli Fil-Milied Tmur Fuq Familja U Tgħidilha Li L-Persuna Li Tant Tħobb M’Hijiex Ġejja Lura D-Dar” – Tabib Tal-Emerġenza

Tabib li jaħdem fl-emerġenza ta’ Mater Dei appella sabiex speċjalment f’dawn il-ġranet tal-Milied kulħadd isuq b’iżjed attenzjoni. Hu fisser kif matul is-snin l-iżjed parti diffiċli ta’ xogħlu dejjem kienet li jpoġġi maġenb familja u jgħarrafha li persuna li tant iħobbu m’hijiex se tmur lura d-dar.

Dr Jonathan Joslin spjega kif ħafna mill-inċidenti fit-triq iseħħu għaliex persuna tkun abbużat mix-xorb jew minn xi sustanza oħra u tkun għażlet li ssuq xorta waħda.

Hu semma kif fil-ġurnata tal-Milied il-familji Maltin kollha jingħaqdu madwar il-mejda tal-ikel sabiex jiċċelebraw iżda għal uħud, minħabba nuqqas ta’ attenzjoni, wieħed minn dawk is-siġġijiet ikun vojta.

“Aħna bħala tobba li naħdmu fl-emerġenza naraw il-prezz veru li fl-aħħar mill-aħħar jispiċċa jitħallas mill-familji,” saħaq Dr Joslin.







Ritratti:

Facebook / The Maltese Emergency Nurses’ Association u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI