“Diffiċli Ħafna Għalija Biex Naqsam Ir-Ritratt Tiegħi Qabel, Imma…” – Marielle Pace Bi Trasformazzjoni Impressjonanti!

L-istilista tax-xagħar, Marielle Pace qasmet ritratt tat-trasformazzjoni li kienet qed taħdem fuqha dawn l-aħħar xhur. Wieħed jista’ jara li hemm differenza enormi bejn l-ewwel ritratt, proprju fil-bidu nett qabel ma bdiet it-trasformazzjoni u llum il-ġurnata. 

Marielle tikteb, “Kliem li kont ilni naħseb jekk inkunx kapaċi nikteb! Onestament, huwa diffiċli ħafna għalija biex naqsam ir-ritratt qabel tiegħi, imma qed nagħmilha b’sens ta’ kuntentizza u kburija għax naf li jekk nista’ nimmotiva mill-inqas persuna waħda, allura hija ħafna iktar ta’ valur.”

Hi żżid tgħid, “Sinċerament nemmen li nistgħu defenettivament niksbu dak kollu li nagħmlu f’moħħna! Iżda hemm bżonn ħafna iktar milli nissettjaw moħħna – trid taħdem ħafna, perseveranza, għaraq, konsistenza, dedikazzjoni, dixxiplina, umiltà, aċċettazzjoni u l-iktar importanti li tagħżel lilek innifsek fuq kollox!”

B’mod sinċier tgħid, “Sar tant evidenti għalija li l-eqreb nies li ndawru lilna nfusna bihom huma dawk li għandhom l-iktar impatt fuq ħajjitna u fuq il-mod li bih nagħżlu li mmexxu ħajjitna. Hi rringrazzjat numru ta’ nies li kienu hemm għaliha biex waslet fejn waslet.

Marielle iżżid ukoll li m’hemm ebda sigriet partikolari ħlief li taħdem b’saħħa. Hi tgħid, “trid tagħmel xogħol veru għal riżultati reali. Int trid tiffaċċja l-kwistjonijiet profondi reali mill-fond ġewwa fik. Ħadd ma jista’ jagħmel dan għalik ħlief int!”

Hi tgħid li kienet iddur għall-ikel, speċjalment f’mumenti stressanti – “imma malajr indunajt li kont qed noħloq problema saħansitra agħar fuqi nnifsi; fuq saħħti. Issa nħares lura b’sens qawwi ta’ kburija. Jien kburija bija nnifsi għax għażilt il-kuntentizza u s-saħħa tiegħi fuq kull ħaġa oħra u naħseb li nibqa’ nagħmel hekk.”

Hi tagħlaq bil-kliem, “Jum wara jum niddedika 90 minuta soda għat-taħriġ tiegħi. Din hija l-istorja tiegħi, nittama b’qalbi li tagħti dawl lil kull min jista’ jkun qed iħossu skuraġġit.”

Instagram / Marielle Pace







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI