“Din Il-Faċilità Ġdida Issa Tista’ Tintuża Mis-Sajjieda U Minn Dawk Kollha Li Joperaw F’Din Iż-Żona” – Dipartiment Tal-Informazzjoni

Sajd

Tlestew ix-xogħlijiet infrastrutturali tal-winch room fil-port tal-Ġnejna, fil-lokalità tal-Imġarr, skont kif ħabbar id-Id-Dipartiment tal-Informazzjoni.

L-avviż iħabbar kif din il-faċilità ġdida issa hija disponibbli għall-użu mis-sajjieda u dawk li jaħdmu hemm.

“Din il-faċilità ġdida issa tista’ tintuża mis-sajjieda u minn dawk kollha li joperaw f’din iż-żona importanti għas-settur tas-sajd.”

Dan il-proġett huwa parti minn sensiela ta’ investimenti li saru madwar diversi portijiet tas-sajjieda f’Malta. Fost dawn insibu wkoll winch rooms oħra f’Marsaskala u fl-Imsida.

Din il-Winch Room ġdida fil-Ġnejna se tiffaċilita b’mod sinifikanti x-xogħol tas-sajjieda, billi tippermettilhom itellgħu u jniżżlu d-dgħajjes tagħhom b’aktar sigurtà.

L-inizjattiva hija maħsuba biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tas-sajd. Barra minn hekk tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura marittima madwar pajjiżna.







Ritratti:

DOI – Kian Bugeja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI