Fuq il-paġna Up & Up with Faith, omm Faith kitbet ħsieb dwar mumenti partikolari li jesperjenzaw fil-familja. Bla dubju meta jkun hemm it-tfal, dejjem ħa jiġu mumenti forsi xi ftit aktar diffiċli minn oħrajn għall-ġenituri.
“L-ikel jiksaħ, forsi xi darba jmissek, imma ma jimpurtax. Tgħajja. Fit-triq lura d-dar min jibki l-iktar għax ħeqq, l-għajja tagħhom tibda tagħmel tagħha,” tikteb Graziella. Tagħmilha ċara minkejja dan kollu li hi tinsab tant kburija u grata bil-familja li għandha.
Graziella tkompli, “Inpoġġi bilqegħda, nipprova nżomm għajnejja miftuħin u nara xi ftit ritratti tal-ġurnata u madanakollu ngħid, ma nbiddel XEJN! Din il-familja hija dak li tlabna għalih. Din il-familja tatna skop. Imlitilna qalbna. Grati mmens.”
Prosit x’erba’ kelmiet dawk!