“Din Il-Knisja Kienet Tiġbed Ħafna Devozzjoni Fi Żmien Il-Kavallieri” – Dipartiment Tal-Informazzjoni

Fuq il-paġna uffiċjali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, ġew ippubblikati xi fatti interessanti dwar il-Knisja tal-Madonna ta’ Loretu.

Kitbu, “Qatt żort il-Knisja tal-Madonna ta’ Loretu, fil-Gudja? Din il-Knisja kienet tiġbed ħafna devozzjoni fi żmien il-kavallieri u dak iż-żmien kienu jsiru ħafna pellegrinaġġi nhar ta’ Sibt. Din il-knisja għandha faċċata fuq stil sempliċi. Fuq il-bieb prinċipali hemm tieqa u fuqha nsibu kampnar b’salib fuqu u qanpiena żgħira. Fuq kull naħa tal-kampnar insibu żewġ fjammi tal-ġebel. F’din il-knisja nsibu żewġ altari. L-altar maġġur hu mibni bl-irħam u hu ddedikat lill-Madonna ta’ Loretu. L-ieħor huwa ddedikat lill-viżitazzjoni tal-Madonna lil Santa Eliżabetta.”



Nirringrazzjawhom talli jkomplu jkabbru iżjed l-għarfien tagħna dwar gżiritna!





Ritratti:

Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI