Id-direttur Malti Charles Stroud u martu Doris llum qed jiċċelebraw l-44 sena anniversarju miż-żwieġ tagħhom.
Charles tefa’ messaġġ fuq Facebook fejn xtaq jawgura lil martu għal dan il-pass mill-isbaħ li kienu għamlu flimkien u jsemmi dak kollu li kisbu sal-lum il-ġurnata. “Minn dakinhar l’hawn bnejna familja u ninsabu aktar b’saħħitna f’imħabbitna lejn xulxin. Ma jiddispjaċini xejn b’din l-għaqda ta’ bejnietna”.
Ta’ min isemmi li Charles kellu f’idejh bosta xogħolijiet fix-xena tar-reċtar fosthom waħda mill-aktar sensiliet segwita F’Salib It-Toroq. Minn qalbna nawguraw lilu u lil martu l-isbaħ xewqat!
Facebook/ Charles Stroud/ Jonathan Saccasun