“Din Is-Sena Biddlitna. Sirna Familja Ta’ Erbgħa, Ilqajna Tifla Ċkejkna, Fejn Tgħallimna Ritmu Ġdid Ta’ Mħabba” – Paula Ferriggi

Paula Ferriggi, mill-pjattaforma soċjali tagħha, tħalli dan il-messaġġ tassew sabiħ.

“2025 inti kont kollox f’salt. Mgħaġġla fl-istess ħin kajma. Storbjuża iżda kwieta. Sena li tlabt lili nnifsi kollni kemm jien. Nittama li xi darba ikunu jafu kemm tajt sabiex inkun nista’ inkun nista’ nkun preżenti. Kemm iljieli ma rqadtx, kemm-il darba rqadt iżda moħħi qatt ma straħ.

Żiedet, “Nittama li jkunu jafu kemm hi eżawrixxenti li ħin kollu għaddej. Li ġġorr dak il-piż inviżibbli li int hemm bżonnok kull sekonda tal-ġurnata. Li qatt ma tista’ titlaq. Li dejjem tagħti u tagħti u tagħti.

Nittama li xi darba jkunu jafu kemm oppurtunatijiet fil-karriera rrifjutajt għaliex dawn il-mumenti dejjem fissru iktar għalija.

Kompliet, “Kemm-il darba għażilt lilhom fuq kulħadd u kollox. Kemm nagħti iktar milli niflaħ u hekk nibqa’ nagħmel kull ġurnata li tgħaddi. Din is-sena biddlitna. Sirna familja ta’ erbgħa, ilqajna t-tifla ċkejkna tagħna, fejn tgħallimna ritmu ġdid ta’ mħabba flimkien ma’ sagrifiċċju. B’xi mod il-ġranet għaddew, iżda s-sena għosfrot minn taħt idejna. U hawn aħna f’bidu ta’ sena ġdida, għajjenin iżda grati għal kollox.

Nittama li xi darba jkunu jafu li anka fl-iktar ġranet iebsa, din il-ħajja, din il-familja, hija l-iktar ħaġa prezzjuza li qatt ħaddant.

Hekk kif Jannar jgħaddi, qed nagħżel li nosserva. Li ninnota l-idejn ċkejkna, it-tgħanniq bi ngħas, il-mumenti ordinarji li mhux ser jibqgħu ordinarji fit-tul. Qatt ma ser jerġgħu jkunu żgħar daqshekk. U filwaqt li qed inħares ‘il quddiem għas-sena 2026, għal kontenut ġdid, u kapitli ġodda, qed inżomm is-sena 2025 viċin tiegħi, għaliex talbet dan kollu minni u tatni dan kollu lura.

L-Omm.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI