Din It-Tfajla Maltija Tagħmel L-Imsielet Tat-Tafal U Tħit

Il-ħajja tal-lum wisq mgħaġġla. Ftit għadek tiltaqa’ ma’ nies li jieqfu ftit u jieħdu l-ħin jagħmlu l-affarijiet b’idejhom. Imma Ylenia Attard, tfajla ta’ 22 sena, hi kompletament differenti. Bażikament, tagħmel l-imsielet tat-tafal u tħit l-affarijiet tax-xagħar.





Fuq Facebook, hi bdiet paġna jisimha Tikka Tafal fejn taqsam ix-xogħolijiet kollha tagħha. Fil-verità, bħalissa Ylenia għaddejja mill-istudji tagħha tal-Università u qed tagħmel dan it-tip ta’ xogħol fil-ftit ħin liberu li jkollha.



B’din il-kapaċità spiċċat attirat bosta tfajliet li tħajru biex tagħmillhom xi par imsielet. Liem huma l-favoriti tiegħek? Tinduna li huma mgħamulin mill-qalb!

Awguri kbira Ylenia ta’ din l-inizjattiva – għandna bżonn nagħmlu aktar affarijiet li jġibulna l-kalma f’ħajjitna.

Facebook/Tikka Tafal

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI