“Din Iż-Żona Ser Tkun Magħluqa Kompletament Sabiex Isiru T-Tiswijiet Kollha Neċessarji, Inkluż Tarmak Ġdid.” – Is-Sindku Jorge Grech

JORGE Grech

Is-sindku ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech xtaq ifakkar lill-pubbliku b’avviż dwar għeluq li jkun hemm fiż-żona msemmija fil-mappa li qasam fuq il-profil tiegħu.

“Avviz Importanti – Triq Il-Mina Ta’ Hompesch, Vjal il-Labour u Triq Villabate. Kontu ħafna li bgħattu messaġġi dwar id-dwal bil-ħsara u tabelli li tweħħlu fl-aħħar ġranet.”

Jorge jinforma li mil-lum 11 ta’ Marzu, kif ukoll f’dawn id-dati; 12, 13,16, 17,18, 20 ta’ Marzu, dejjem tard filgħaxija wara t-20:00 sa kmieni filgħodu għas-06:00, din iż-żona ser tingħalaq.

“Dun iż-żona ser tkun magħluqa kompletament sabiex isiru tiswijiet kollha neċessarji, inkluż tarmak ġdid. Karozzi ser ikunu iddevjati kollha minn Triq il-Kunsill tal-Ewropa (quddiem park San Klement). Aħseb għal rotta alternattiva u ippjana minn qabel, biex tidħol Żabbar jew tmur lejn M’Scala.”

Ix-xogħol ser isir matul il-lejl biex tittaffa l-konġestjoni matul il-ġurnata. Is-sewwieqa għandhom isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali kif ukoll it-tabelli indikattivi.

“Dawk li ser jużaw tal-linja tard filgħaxija, Bus Stop MADRIN u ĊIKAS biss ser ikun affetwati. Mill-Venda u Medjatriċi kollox normali. Aktar dettalji mwaħħlin mal-bus stops,” iżid Jorge.

Kunu infurmati dwar dan.







Ritratti:

Facebook/ Jorge Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI