Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Ira Losco kitbet messaġġ emozzjonali dwar l-esperjenza tagħha fuq Mużika Mużika.
Hi spjegat, “Din kienet esperjenza relattivament ġdida għalija. Qabel kont preżentajt il-Eurovision fl-2014, iżda din ġiet snin wara f’fażi differenti f’ħajti fejn kelli nieħu ħafna rwoli differenti kemm fil-ħajja personali tiegħi kif ukoll professjonali tiegħi. Allura dan waħdu ġab miegħu aktar responsabbiltà. Qed naħdem ma’ grupp nies li issa saru ħbieb. Keith u Jamie huma nies ta’ talent kbir iżda barra minn hekk għandhom qalb kbira u tant qed nieħdu gost fil-kumpanijja ta’ xulxin.”
Żiedet tgħid, “Ninsab grata li qed naqsam din l-esperjenza wkoll ma’ ħadd ħlief oħti ż-żgħira Jacqui. Għandha ġilda iebsa u diġà tgħallmet li din l-industrija jista jkollha mumenti sbieħ kif ukoll kattivi drabi oħra. Sabiħ pero li rajt ukoll kemm hija tieħu verament pjaċir tagħmlu dan ix-xogħol. Waslet il-Finali ta’ Mużika Mużika! Nawgura lil kull wieħed u waħda mill-kantanti għal-lejla!!!”
Facebook / Ira Losco